Ikomplu l-impenji tal-kontinġent Malti fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew f'Minsk | One News

Notifiki

Ikomplu l-impenji tal-kontinġent Malti fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew f’Minsk

L-impenji tal-kontiġent Malti fit-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew li qed isiru f’Minsk, il-Belarus, rajna azzjoni mill-atletli Jeremy Saywell (Judo), Mikela Galea (Sparar) u Alexander Smyth (Ċikliżmu) li ħadu sehem fil-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom.

Il-bidu tal-Logħob ra numru ta’ sfidi loġistiċi li ma kinux ta’ benefiċċju għall-atleti Maltin. Madankollu, xorta kkompetew b’determinazzjoni kbira f’kompetizzjonijiet li raw wħud mill-aqwa atleti tad-dinja, li ftit minnhom ħadu sehem fl-Olimpjadi kif ukoll huma rebbieħa ta’diversi medalji fl-Olimpjadi.

Sparar

Il-Logħob, ma bediex tajjeb għal Mikela Galea, meta l-arma tagħha naqset milli tasal fil-ħin biex tipprattika qabel il-kompetizzjonijiet li kienu skedati nhar is-Sibt u l-Ħadd. Galea, li kkwalifikat għal dawn il-Logħob fuq il-mertu tagħha stess wara li kisbet is-slott tagħha fil-kampjonati tad-dinja tal-2018 ġewwa Changwong, fil-Korea t’Isfel fejn hi kisbet l-għaxar post. Galea ikkompetiet fir-roundstal-kwalifika nhar is-Sibt u il-Ħadd. In-nuqqas t’ esperjenza ta’ Galea u n-nuqqas ta taħriġ qabel il-kompetizzjoni ħadmu kontra Galea li rreġġistrat l-aħjar riżultat il-Ħadd meta bdiet tidra ir-range. L-isfida kienet waħda kbira kif intwera mill-punteġġ għad-dħul fil-finali li kien ta’107.

Judo

Ix-xorti ċertament ma kinietx favur Jeremy Saywell, meta kiseb draw kontra l-Ukren Georgii Zantaraia. Dan tal-aħħar kien it-tielet seed fil-Logħob u bħalissa kklassifikat id-9 fid-dinja. Fl-ewwel sekondi, Saywell kellu attakk tajjeb, li eventwalment seta spiċċa biex jiskorja, madankollu l-esperjenza enormi ta’ Zantaraia kienet utli meta Saywell waqaf għal sekonda, u rriżulta f’Zantaraia jitfa għal Ippon. Zantaraia eventwalment rebaħ it-titlu Ewropew meta għeleb lit-Taljan Matteo Medves.

Ċikliżmu

Alexander Smyth ħa sehem fir-Road Race ta ‘180km, li fih ħadu sehem 141 ċiklista. It-tellieqa brutali rat ukoll dsatax-il ċiklista li ma spiċċawx. Minkejja li kellu jaħdem waħdu minħabba li post wieħed biss ġie allokat lil Malta, Smyth ta’ prestazzjoni tajba. Matul it-tellieqa, Smyth żamm il-post tiegħu fil-grupp ewlieni. Smyth spicca fil-95 post.

L-aħħar atleta ta ‘Malta li se tikkompeti se tkun it-tiratriċi Eleonor Bezzina, li għada kemm rebħet Midalja tad-Deheb fil-Logħob tal-Pajjizi iż-Żgħar tal-Ewropa. Bezzina ser tieħu sehem fil-Qualifying Round tal-Air Pistol (25m) tan-nisa nhar it-Tlieta 25 ta’ Ġunju. Il-kompetizzjonjiet filgħodu.

Il-Kontinġent Malti huwa akkumpanjat mill-President is-Sur Julian Pace Bonello u s-Segretarju Ġenerali s-Sur Joseph Cassar, filwaqt li d-Direttur ta ‘l-Isport tal-Kumitat Olimpiku Malti is-Sur Ivan Balzan qed iwettaq dmirijiet ta’ Chef de Mission.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend