Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’ħidma biex jitfu nirien li tard it-Tnejn filgħaxija ħakmu kċina ta’ appartament f’blokka ta’ appartamenti fi Triq is-Sur, il-Fgura.
one.com.mt jinsab informat li n-nirien tkebbsu għall-ħabta tal-10.00 p.m. Fuq il-post marru tliet vetturi tat-tifi tan-nar biex jikkontrollaw in-nirien waqt li bdiet operazzjoni biex ir-residenti jiġu evakwati mill-binja.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.