Il-kandidat għall-President tal-MFA, l-avukat Chris Bonett, dalgħodu preżenta l-pjan ta’ ħidma tiegħu għall-Malta Football Association lill-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat.
Fi status fuq il-midja soċjali qal: “F’dawn l-aħħar snin ħdimt qrib tiegħu permezz tal-irwol li għandi fis-Segretarjat Parlamentari għall-isport. Għalhekk nifhem u naprezza, għax nara b’għajnejja ta’ kuljum, kemm jemmen u jrid li nagħtu spinta ‘l quddiem lil dan is-settur.
Il-pjan tiegħi, li fil-weekend preżentajtu lill-klabbs, huwa wieħed ambizzjuż u biex jitwettaq irridu naħdmu id f’id u b’sinerġija mal-awtoritajiet. Tant il-bidliet bżonnjużi huma kbar li jekk elett President tal-MFA irrid lil kulħadd involut. Nemmen li nistgħu naslu. Nistgħu nirbħu. Nibdew billi npoġġu lill-Clubs Fuq Nett.”