Aloisia Mifsud Grech ta’ sitta u ħamsin sena ntbagħtet erba’ snin ħabs wara li nstabet ħatja li ffrodat lil ommha tlettin elf ewro u kif ukoll li ħaditilha ammont ta’ deheb minflok iddepożitathom.
Kien lura fl-elfejn u ħmistax li ommha, Mary Mifsud, għamlet rapport l-Għassa li bintha ġibditilha aktar minn tlettin elf ewro minn żewġ kontijiet bankarji.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li mhux sew li l-bint qarqet u sfruttat persuna vulnerabbli, aktar u aktar jekk din il-persuna hi ommha.