Kliem Simon Busutill imminat mill-awditur ġenerali – One News

Notifiki

Kliem Simon Busutill imminat mill-awditur ġenerali

Rapport mill-Awditur Ġenerali dwar skema ta’ xogħolijiet maħsuba għal dawk li jkunu ilhom jirreġistraw għal żmien twil, għall-darb’oħra kixef il-qerq ta’ Simon Busuttil.

Filfatt, Simon Busuttil kien ħalef li jkisser din l-istess skema qabel l-elezzjoni tal-2017 hekk kif ma ħamilx jara Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat jikseb riżultati posittivi fi ġlieda kontra l-prekarjat.

Skema li ta’ min jinnota bdiet taħt gvernijiet Nazzjonalisti fl-2009.

Madankollu b’dan ir-rapport li ħadem fuqu fl-aħħar snin l-Awditur Ġenerali ikkonferma kemm il-kampanji ta’ Simon Busuttil kienu mibnija fuq qerq u kemm kienu mingħajr ebda bażi.

Rigward din l-iskema minkejja li Busuttil sejħilha bħala “oxxena” l-Awditur Ġenerali ċċertifika li din kienet waħda tajba u saħansittra permezz tagħhha qatt daqs dan iż-żmien dawn il-ħaddiema ma ngħataw id-drittijiet li ħaqqhom bil-liġi.

Simon Busuttil kien attakka wkoll lil-General Workers Union li kienet rebħet id-dritt sabiex tmexxi din l-iskema. Madankollu l-Awditur Ġenerali investiga l-mod kif san il-kuntratt intrebaħ u qal hekk: “In many respects this Contract fulfils the best practices applicable to agreement of this type.”

L-Awditur Ġenerali għażel jinnota wkoll id-dettalji posittivi ta’ din l-iskemm hekk kif kull ħaddiem fiha bdew jieħdu tal-inqas il-paga minima kuntrarju għal dak li kien jiġri fi żmien gvern Nazzjonalista. Huwa jinnota kif bejn l-2009 u l-2016 il-ħaddiema kienu jieħdu biss 75% tal-paga minima u għalhekk  baqgħu dipendenti fuq il-benefiċċji.

Madankollu bit-tħaddim ta’ din l-iskema imġedda madwar 850 ħaddiema bdew jieħdu l-paga minima kif ukoll ħlas ta’ leave u sickleave filwaqt li raw ukoll żieda fid-dħul.

Dan mhux kollok hekk kif din l-iskema tat lilill-Gvern valur għall-flus li nefaq u saħansitra kkontribwixxiet għat-tkabbir ekonomiku li llum għandna fil-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend