Attakk kontra sistema ta' difiża fl-Iran | One News

Notifiki

Attakk kontra sistema ta’ difiża fl-Iran

Il-Gvern Amerikan mexxa attakk fuq is-sistemi teknoloġiċi tal-Iran, fosthom armi, minkejja li l-President Donald Trump għażel li ma jattakkax lill-pajjiż mill-ajru. Qed ikun irrapportat li l-attakk waqqaf l-operat ta’ sistemi teknoloġiċi tal-Iran li jintużaw għall-operat tal-missili. Dan sar bi tpattija wara li attakk fuq drone Amerikan u tankers taż-żejt Amerikani, li għalihom l-Istati Uniti qed iżżomm lill-Iran responsabbli.

Il-Gvern Amerikan issa qed jimponi sanzjonijiet maġġuri kontra l-Iran, bil-għan li l-pajjiż ma jixtrix armi nukleari ġodda. Din il-pressjoni ekonomika għandha tinżamm diment li l-Gvern f’Tehran ma jieħux azzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend