Tliet persuni mietu, ieħor indarab gravi u 27 persuna oħra ndarbu b’mod ħafif wara nirien li ħakmu binja fiċ-ċentru ta’ Pariġi.
Jidher li diversi persuni kellhom jirċievu il-kura fuq il-post wara li belaw id-duħħan.
Skond rapporti, in-nirien bdew kmieni dalgħodu f’binja għolja sitt sulari fi’ Rue De Nemours fil-ħdax il-distrett. Din il-binja tinkludi wkoll restorant u kamra tal-‘isteam’.
PARIS : Trois morts et 28 blessés dont un grave dans l’#incendie d’un immeuble rue de Nemours, dans le 11ᵉ arrondissement. Une cage d’escalier s’est totalement embrasée sur 6 étages, nombreux pompiers sur place (pompiers). pic.twitter.com/OmMkxAwEej
— Infos Françaises (@InfosFrancaises) June 22, 2019