Disa’ passiġġiera flimkien mall-ekwipaġġ ta’ ajruplan mietu meta l-ajruplan li kienu fih iġġarraf fil-Hawaii.
L-ajruplan tal-għamla King u li għandu żewġ magni waqa’ ħdejn l-ajruport ta’ Dillingham. Malli waqa’ l-ajruplan spiċċa fi fjamma waħda.
Hawn bdiet ħidma sfieqa mill-pumpiera tat-tifi tan-nar, fejn aktar tard ġie determinat li sfortunatament l-ebda mill-persuni abbord ma salvaw minn din it-traġedja.
Skatat ukoll investigazzjoni mill-amministrazzjoni federali tal-avjazzjoni, fejn hu maħsub lill-ajruplan kien qed jagħmel ‘skydiving’.