BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim li se jwassal għal Ċentru Globali f’pajjiżna li jindirizza l-problemi fil-klima – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim li se jwassal għal Ċentru Globali f’pajjiżna li jindirizza l-problemi fil-klima

Ġie ffirmat ftehim li se jkun qed iwassal għall-ftuħ ta’ Ċentru Globali f’Malta li se jpoġġi lill-pajjiżna minn tal-ewwel għal vjaġġar li hu sostenibbli u nadif.

Ħabbar dan il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fejn spjega kif dan il-ftehim sar bejn il-Gvern ta’ Malta, permezz tal-Ministeru għat-Turiżmu, flimkien ma’ Strong Universal Network Global Initiative, SunX.

Il-Ministru Mizzi spjega kif Malta se tkun qed tagħmel l-ewwel pass biex tevalwa u tassessja l-impatt tal-ivjaġġar fuq l-ambjent globali, dan permezz ta’ ċentru ġdid li se jkun qed iħares dawn il-kwistjonijiet.

Iċ-ċentru se jkun qed jitmexxa minn SunX li se jkunu qed jippubblikaw rapport annwali dwar l-istat tal-klima fis-settur tal-ivjaġġar – iżda dan mhux biss.

“L-ewwel ħaġa se nkunu qed nagħmlu pubblikazzjoni ta’ darba fis-sena ta’ review ta’ inizjattivi kollha ta’ madwar id-dinja li huma climate friendly fis-settur. se nkunu qed nagħmlu t-think thank f’pajjiżna biex nidentifikaw ideat ġodda biex nimplimentawhom fis-settur u l-aħħar ħaġa li hi sabiħa ħafna hu li se jkollna mitt elf ambaxxatur minn kull pajjiż tad-dinja, żagħżugħ, permezz ta’ apprentistat minn universitajiet differenti biex iwasslu l-messaġġ u niġġieldu l-climate change.” qal il-Ministru.

Il-Ko-Fundatur ta’ SunX, il-Professur Geoffrey Lipman, qal kif Malta se tkun qed timmira biex twassal numru ta’ inizjattivi ddisinjati biex jgħinu lis-settur tat-turiżmu fejn faħħar il-ħidma tal-gżejjer Maltin fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-Ministru Mizzi qal li din l-inizjattiva se tkun qed tpoġġi lil Malta fuq quddiem biex b’ħidma sfieqa tkun parti mill-bidla biex toħloq ambjent aktar xieraq għall-ivjaġġar.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend