Mark Field sospiż minn Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż wara li mbotta attivista – One News

Notifiki

Mark Field sospiż minn Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż wara li mbotta attivista

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ingliż, Mark Field ġie sospiż wara li nqabad jimbotta b’mod goff attivista dwar it-tibdil fil-klima.

Il-filmati juru lil Field iqum minn fuq is-siġġu jipprova jwaqqaf lill-attivista billi mbottaha waqt li dimostranti oħra xekklu l-bidu tad-diskors annwali tal-Kanċillier Philip Hammon dwar l-ekonomija fir-Renju Unit.

Mark Field iddikjara li rreaġixxa b’dak il-mod għax ħaseb li l-attivista kellha xi arma filwaqt li talabha appoloġija talli mexa magħha b’dak il-mod agressiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend