Żewġ persuni barranin li kienu se jivvjaġġaw lejn Istanbul minn Malta nstabu li kienu qed iġorru kważi 26,000 ewro fi flus kontanti. L-uffiċjali tad-dwana waqqfuhom fis-sala tat-tluq tal-ajruport meta l-kelb Charlie indikalhom is-suspett.
Il-passiġġiera ġew eskortati fl-uffiċċju tad-Dwana fejn mit-tfittxijiet irriżulta li l-ewwel passiġġier kellu €11,015 filwaqt li l-ieħor kellu €14,630.
F’każ separat Malti li kien se jsiefer lejn Sqallija instab li kien qed iġorr madwar €13,000 mhux iddikjarati. Kien l-istess kelb li ta’ din l-indikazzjoni pożittiva, li fit-tfittxija li saret fil-vettura instab li kien hemm mat-€12,760 fi flus kontanti mhux iddikjarati.