Raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Maċedonja u li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex indarab gravi tard il-Ħamis filgħaxija f’ħabta bejn żewġ dgħajjes bejn Kemmuna u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex.
Il-Pulizija qalet li l-ħabta seħħet għall-ħabta tal-għaxra u kwart, meta d-dgħajsa misjuqa mill-vittma ħabtet ma’ dgħajsa misjuqa minn raġel ta’ 48 sena min-Naxxar.
Fuq id-dgħajsa miegħu kien hemm mara ta’ 35 sena li wkoll hi minn-Naxxar.
Ir-raġel ta’ 27 sena ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard ġie ċċeritifkat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Iż-żewġ persuni l-oħra ma ġarrbu l-ebda ġrieħi.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar bosta esperti biex jgħinuh fl-Inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.