L-Awtorità tad-Djar irċeviet rapporti li individwi qiegħdin iħabbtu u allegatament jistaqsu lill-anzjani biex jagħtu ċ-ċwievet tad-dar tagħhom lura lill-gvern. L-Awtorità tixtieq tinforma lill-pubbliku li dawn l-individwi mhumiex rappreżentanti tal-Awtorità tad-Djar.
L-iskema li permezz tagħha l-anzjani li għandhom post tal-gvern u jagħżlu li jirritornaw ċ-ċwievet tal-post lill-Awtorità tad-Djar wara li jidħlu f’residenza tal-anzjani hija inċentiv volontarju li toffri l-Awtorità tad-Djar. Permezz ta’ din l-iskema l-anzjani jiggwadanjaw minn 20% tal-pensjoni.
Għalhekk, l-Awtorità tad-Djar tħeġġeġ lil kull min għandu xi informazzjoni dwar dan l-abbuż biex jirrapporta lill-Pulizija.