Raġel ta’ 63 sena ndarab gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Mosta.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-10:30 fi Triq Ponsomby kantuniera ma’ Triq Guzeppi Callus, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 54 sena residenti l-Ħamrun, kien qiegħed isuq il-vettura tat-tip Ford
Transit meta għal xi raġuni laqat raġel ta’ 63 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel milqut l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.