Ġiet imnedija l-fondazzjoni ‘StartUp Malta’ li għandha l-għan li tippromwovi aktar inizjattivi mis-settur privat biex jibdew negozju.
Iżda aktar minn hekk ser ikollha l-irwol li tippromwovi lill-pajjiżna bħala hub għat-twaqqif tan-negozji barra minn xtutna. It-tnedija ta’ din il-fondazzjoni saret mill-Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL Stanley Mifsud u l-Ministru għall-Ekonomija Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona.
Is-Sur Mifsud qal li l-irwol ta’ din il-fondazzjoni hu li tgħin individwi biex jibdew negozji tagħhom u toffri anke diversi inċentivi. Assigura li l-inċentivi diġà eżistenti u offruti mill-Gvern se jibqgħu hemm.
Il-Ministru Chris Cardona qal ukoll li din il-fondazzjoni se titwaqqaf biex il-Gvern Malti jieħu l-ekonomija Maltija għal-livell li jmiss, dan wara li ra lill-ekonomija tikber fl-aħħar snin.