Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tgħin tfittex lil tlett irġiel, ċertu Srdjan Dragic, Milos Markovic u Ivan Bozic.
L-irġiel kollha msemmija jifrekwentaw l-akwati ta’ Qbajjar, Marsalforn limiti ta’ Żebbuġ, Għawdex.
Kull min għandu kwalunkwe` tip t’informazzjoni dwar dawn il-persuni huwa ġentilment mitlub jagħmel
kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21 224001 jew 119.