Tlett irġiel u tfajla arrestati waqt rejd għad-droga f'Marsascala | One News

Notifiki

Tlett irġiel u tfajla arrestati waqt rejd għad-droga f’Marsascala

Tliet irġiel u tfajla ġew arrestati waqt rejd għad droga f’Marsascala. Dan ir-rejd seħħ wara ġimgħat ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra d-droga, assistiti mill-membri tal-Special Intervention Unit, ilbieraħ waranofsinhar, sar rejd fiż-żona tal-boat houses li hemm fil-fil-bajja ta San Tumas, f’Marsaskala hekk kif kien qed jiġi rrappurtat li minn kamra partikolari kien qed isir traffikar tad-droga ssuspettata eroina u kokaina.

Ir-rejd irriżulta fl-arrest ta’ tliet irġiel Maltin residenti Bormla, Ħal-Qormi u l-Marsa u iktar tard ta’ tfajla minn residenza fiż-Żejtun. Din il-ħidma rriżultat ukoll fis-sejba ta’ diversi qratas bit-trab abjad u kannella ssuspettata d-droga eroina u kokaina. It-tliet irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin waqt li l-investigazzjonijiet talPulizija għadhom għaddejjin.

Dwar dan il-każ ukoll issejħħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend