Iktar ħidma mill-membri tal-iskwadra ta’ kontra l-vizzju tad-droga stazzjonati Għawdex, tard ilbieraħ waranofsinhar, irriżultat fl-arrest ta’ tliet irġiel, wieħed Malti li joqgħod il-Qbajjar u żewġ Serbi li wkoll joqogħdu fil-limiti tal-Qbajjar Għawdex .
Fir-residenza tas-Serbi nstabu madwar 80 gramma droga ssuspettata kokaina lesta għat-traffikar u madwar 200 gramma ssuspettata l-pjanta tal-kannabis ukoll lesta għat-traffikar, flimkien ma’ ammont ta’ flus kontanti .
Dawn it-tliet persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjonijiet filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini ġie nfurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta Maġisterjali li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija għadhom għaddejjin.