Il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, intgħażlet biex tokkupla l-kariga ta’ Viċi-President tas-Socjalisti u Demokratici fil-Parlament Ewropew.
Miriam Dalli hija l-ewwel Maltija li qatt okkupat din il-kariga fil-Parlament Ewropew.
Fl-ewwel kummenti tagħha wara din il-ħatra, Dr Dalli qalet li huwa ta’ unur għaliha li ntgħażlet mill-kollegi taghha fil-Parlament Ewropew biex tmexxi ’l quddiem politika progressiva u soċjali.
Miriam Dalli qalet li se tmexxi politika li tgħaqqad flimkien dak li jiġri fil-livell Ewropej mar-realtà li jesperjenzaw il-familji fil-pajjiżi Membri kollha inkluż Malta.
Hija qalet li se taħdem biex inbiddlu l-isfidi f’opportunitajiet li jagħtu imbuttatura lill-ekonomija ambjentali, li taċċerta li tiġbed investiment ġdid, li ssostni ekonomiji ġodda, li tipproteġi u tħejji lill-ħaddiema u li tħejji lill-istudenti għall-impjiegi tal-futur.
Sostniet li dan huwa dak li wegħdet li se taħdem dwaru u dan huwa dak li qed timpenja ruħha li twettaq.
F’dawn il-jumejn il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropej għażel it-tmexxija tiegħu.
Il-President tal-Grupp hija l-Ispanjola Iratxe Garcia Perez. Miriam Dalli se taħdem id f’id ma’ kabinett ta’ disa’ membri parlamentari Ewropew li flimkien se jfasslu l-politika fuq oqsma differenti.
Well done @Miriamdalli on being resoundingly elected as Vice President of @TheProgressives -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) June 19, 2019