Bidu tas-sajf bil-kbir għal The Travellers fejn ħarġu kanzunetta oћra, bl-isem tal-ewwel album tagћhom: ‘Iljuni fis-Silġ’.
Il-kanzunetta tiġbor fiha l-ћoss partikolari li jġibu magħhom The Travellers bis-saћћa tal-istrumenti tar-ram kif ukoll il-lirika Maltija li tiffoka fuq il-fatt li m’huwa qatt biżżejjed li wieħed jaħseb li jista’ jgħix waħdu għax fl-aħħar mill-aħħar huma l-kuntatti u l-involviment tiegħu fis-soċjetà li jżommu lil dak li jkun ћaj. Issostni li waћedna mmutu. Iżda flimkien nistgћu nbiddlu d-dinja u nagħmlu l-impossibli, possibli.
Il-vidjow mużikali li jmur mad-diska, xogħol Maka Visuals, jeħodna fid-dinja tal-animazzjoni u jћalli lill-udjenza tieħu gost bil-messaġġ b’mod differenti.