Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap – One News

Notifiki

Għaxar deputati tal-PN jitolbu għar-riżenja ta’ Adrian Delia minn kap

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia affaċċja aktar talbiet għar-riżenja tiegħu waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija. Laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames sigħat.

Is-sit elettroniku tal-gazzetta MaltaToday irrapporta kif aktar minn għaxar Membri Parlamentari Nazzjonalisti talbu għar-riżenja ta’ Delia, jew li tal-anqas jitlob għal vot ta’ fiduċja fil-Kunsill Ġenerali. L-artiklu jżid jgħid li dan jikkontradixxi dikjarazzjoni ta’ Delia stess li m’hemmx talbiet biex hu jwarrab mill-Partit Nazzjonalista.

Iżda issa intqal lilu li bih fit-tmun, il-Partit Nazzjonalista se jesperjenza telfa kbira elettorali oħra. Delia warrab dawn it-talbiet u insista li għandu jibqa’ jmexxi hu. Fl-aħħar tal-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Delia qal lill-midja li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn bidliet radikali fi ħdanu, iżda għażel li ma jidħolx f’aktar dettall.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend