Alex Borg u Brian Cini fit-tim Malti ghat-Tazza tad-Dinja | One News

Notifiki

Alex Borg u Brian Cini fit-tim Malti ghat-Tazza tad-Dinja

Malta se tkun irrapprezentata mill-plejer professjonali Alex Borg u z-zaghzugh Brian Cini li flimkien se jiffurmaw it-tim Malti ghat-Tazza tad-Dinja tas-Snooker ta’ din is-sena organizzata mill-World Snooker Association. Dan it-turnament ser jintlaghab gewwa Wuxi City Sports Park Stadium fil-belt ta’ Wuxi fic-Cina bejn nhar it-Tnejn 24 u l-Hadd 30 ta’ Gunju.

F’din it-Tazza tad-Dinja ser jiehdu sehem 24 tim minn 23 pajjiz fejn ic-Cina se jkollha zewg timijiet bhala l-pajjiz organizzattiv. L-ahjar plejers minn kull pajjiz se jkunu qed jirrapprezentaw lil pajjizhom fejn fost il-favoriti li jirbhu t-Tazza hemm ic-champions renjanti c-Cina permezz tat-tim kompost minn Ding Junhui u Yan Bingtao, l-Ingilterra (Kyron Wilson u Jack Lisowski) u Skozja (John Higgins u Stephen Maguire). L-24 tim gew imqassma f’erbgha gruppi ta’ sitt timijiet il-wiehed li jilaghbu fuq round-robin bl-ewwel tnejn ikklassifikati f’kull grupp jikkwalifikaw ghall-Kwarti Finali. Fil-fazi tal-gruppi jintlaghbu 5 frames kull loghba, erbgha singles u wiehed doubles fejn jinghata punt ghal kull frame mirbuh. Mill-Kwarti Finali l-quddiem il-loghob ikun fuq l-ahjar minn 7 frames.

It-Tim Malti telgha biex jilghab fi Grupp D li jinkludi lil Wales (Mark Williams u Ryan Day), Cina B (Zhou Yuelong u Liang Wenbo), Svizzera (Alexander Ursenbacher u Louis Vetter), Awstralja (Steve Mifsud u Ryan Thomerson) u l-Indja (Lucky Vatnani u Himanshu Jain). L-ewwel loghba tat-tim Malti tkun kontra l-Isvizzera nhar it-Tnejn fis-6.00am (hin ta’ Malta).

Ir-referee Malti Terry Camilleri ukoll se jkun ic-Cina biex jirreffja xi loghbiet mill-istess turnament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend