Raġel Sqalli li qed jaffaċja akkużi ta’ traffikar ta’ 40 kilo droga s-sena l-oħra, ġie akkużat mill-ġdid fil-Qorti b’akkużi ta’ ‘hold-up’ minn supermarket f’San Pawl il-Baħar.
Sandro Lo Presti, ta’ 44 sena, ġie akkużat fil-qorti li nhar il-31 ta’ Mejju fl-4:30am daħal jisraq minn ħanut, bi vjolenza fuq kaxxier ta’ 77 sena. Fil-Qorti l-Ispettur Fabian Fleri qal lill-Isqalli nqabad wara lill-kaxxier irrikonoxxa l-vuċi tiegħu.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fejn l-akkużat inżamm arrestat.