L-ex Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli u d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fetħu attakk frontali fuq xulxin wara li fil-bidu tal-laqgħa tal-grupp parlamentari, Aquilina qal lill-ġurnalisti li Portelli huwa ħabib personali man-negozjant Yorgen Fenech.
Bi tweġiba għal din id-dikjarazzjoni li ġiet ippubblikat fuq il-website tal-Knisja, Pierre Portelli qal li d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina ilu jipprova jagħti din l-istorja ffabbrikata lil diversi kmamar tal-aħbarijiet.
Qal li wara li xhur ilu ta dettalji dwar ir-relazzjoni professjonali li dejjem kellu mal-Grupp Tumas l-ebda newsroom ma ħasset li kellha tippubblikha.
Portelli qal li issa għax Aquilina nqabad jaħdem kontra l-Partit Nazzjonalista kellu jgħidha hu biex jiddefendi l-ammissjoni li hu l-avukat tal-blogger ta’ Manuel Delia li ta kuljum jikteb kontra l-Partit Nazzjonali u wasal biex anke daħħal lil Net TV l-qorti.
“Forsi hu u ħiereġ mill-Grupp Parlamentari Karol Aquilina jrid jgħid lill-ġurnalisti kif taħt il-Presidenza tiegħu tal-Kunsill Amministrattiv, il-Partit Nazzjonalista inqabad jieħu flejjes minn kuntratturi u l-partit għadu sal-lum jissielet biex inaddaf ismu quddiem il-Kummissjoni Elettorali”, qal Portelli.
Fakkar li dakinhar la rriżenja hu u lanqas ta’ fuqu, b’referenza ċara għall-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Huwa temm jgħid li hemm ħafna iżjed li Karol Aquilina għandu xi jwieħeb iżda sostna li “kollox f’ħinu”.