Michel Plattini miżmum mill-pulizija Franċiża fuq suspetti ta’ korruzzjoni – One News

Notifiki

Michel Plattini miżmum mill-pulizija Franċiża fuq suspetti ta’ korruzzjoni

L-ex President tal-UEFA, Michel Platini qed jinżamm mill-pulizija Franċiża minħabba suspetti ta’ korruzzjoni fl-għażla sabiex il-Qatar tospita t-Tazza tad-Dinja li jmiss fl-2022.

Il-pulizija Franċiża kienet ilha tinvestiga l-proċess tal-għażla li l-FIFA għamlet sabiex ir-Russja u l-Qatar jospitaw it-Tazzi tad-Dinja tal-2018 u 2022 rispettivament.

L-għażla sabiex il-Qatar jospita t-Tazza tad-Dinja tal-2022 saret lura fl-2009, meta dak iż-żmien il-President tal-FIFA kien Sepp Blatter, li wkoll kien mistoqsi dwar dawn is-suspetti ta’ korruzzjoni.

Skont rapporti internazzjonali, Platini qed jinżamm mill-pulizija Franċiża bħala parti mill-investigazzjonijiet tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend