F’atmosfera ta’ logħba tal-futbol, l-ex Leġenda tat-tim ta’ Liverpoool Jan Molby se jieħu sehem f’attività soċjali għall-partitarji ta’ Liverpool fic-City Theatre fil-Belt. Ma’ ONE NEWS Allan Aasterud, ħabib personali ta’ Molby, jgħid li fid-disgħinijiet kien pedina importanti fit-team ta’ Liverpool li rebaħ il-kampjonat Ingliż.
Qal “A legend in the way he was bossing the midfield in the 80s, when Liverpool were in their glory and he was also a part of the Danish international team. This team in the 1980s was seen as one of the best teams not only in Europe but in the world.”
Fl-attività li se tittella’ l-Ħamis, Molby għandu bosta stejjer x’jirrakkonta dwar is-snin li tulhom lagħab ma’ wħud mill-akbar plejers li qatt kellhom Liverpool.
Spjega li “he was there plating with team mates like Ian Rush, John Barnes and Bruce Grobbelar. This means he have amazing stories to tell in the night.”
Aasterud jgħid lill-partitarji ta’ Liverpool żgur se jissaħħru b’dak li Molby għandu xi jgħid dwar ir-rebħ taċ-Champions League, ġimgħatejn ilu. Dan hekk kif kien involut fl-istrateġija tal-kowċ Jurgen Klopp.
“He has stories to tell! He has an insight of Jurgen Klopp and Liverpool won the Champions League of course, and he knows what happened before, during and after the game. He has a very good relationship with Jurgen Klopp and some of the players, so he have fascinating stories to tell.”
Molby għandu għal qalbu l-għarfien dwar il-mard tal-qalb bid-dħul mill-attività se jmur għal dan il-għan. Huwa temm jgħid “On the day we are making a match day programme with interviews and forwards by Jan Molby. It is going to be free to buy, but every supporter will donate from €1 to €10 to the Maltese Cardiac Society.”