Erba’ persuni jindarbu wara sparatura f’Toronto – One News

Notifiki

Erba’ persuni jindarbu wara sparatura f’Toronto

Erba’ persuni ndarbu waqt sparatura f’Toronto li seħħet waqt ċelebrazzjoni wara r-rebħa tat-tim tal-basketball, Toronto Raptors.

Eluf ta’ partitarji ngħaqdu flimkien biex jiċċelebraw fiċ-ċentru ta’ Bathan Pillips Square meta seħħet l-isparatura fejn damet għal ftit minuti hekk kif uffiċjali tal-Pulizija rnexxielhom jikkontrollaw il-massa.

Tliet persuni ġew arrestati fejn l-awtoritajiet qed jitolbu lill-pubbliku biex jibgħatu l-filmati li ħadu hekk kif jistgħu jservu ta’ għajnuna għall-investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend