Arrestat fl-Ajruport wara li ma ddikkjarax €34,220 – One News

Notifiki

Arrestat fl-Ajruport wara li ma ddikkjarax €34,220

Ħidma mit-Taqsima tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wasslet għal sejba ta’ erbgħa u tlettin elf ewro fi flus mhux iddikjarati minn passiġġier li kien se jsiefer.

Il-passiġġier kien sejjer l-Amman fejn meta ġie mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus, hu ddikjara li kellu tmient elef ewro iżda wara tfittxija nstab li kellu erbgħa u tlettin elf, mitejn u għoxrin ewro.

Il-Pulizija mit-taqsima ta’ kontra l-ħasil ta’ flus ġew infurmati fejn il-passiġġier ġie arrestat, b’għaxart elef ewro mill-flus mhux iddikjarati ġew irritornati lura għand il-passiġġier.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend