Fl-Arġentina u l-Urugwaj il-provvista tal-elettriku bdiet ġejja lura għan-normal wara li miljun kbar ta’ nies spiċċaw bla dawl.
Il-President Arġentin Mauricio Macri wiegħed investigazjoni sħiħa.
Il-midja Arġentina qalet li l-qtugħ ta’ dawl seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ filgħodu tal-Ħadd. Fost oħrajn dan wassal sabiex jieqaf is-servizz tal-ferroviji u nħolqu wkoll problemi kbar bi dwalijiet ta’ traffiku.
Il-blackout ġie kkawżat minn ħsara fil-grid tal-elettriku li sservi l-Arġentina u l-Urugwaj.
Il-qtugħ seħħ waqt li n-nies fl-Arġentina kienu qegħdin ilestu biex imorru jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali. Dan wassal ukoll biex il-votazzjoni tittardja f’bosta reġjuni tal-pajjiż.
Il-kumpanija responsabbli mill-enerġija tal-pajjiż qalet li l-qtugħ tad-dawl laqat ukoll inħawi fil-Paragwaj u ċ-Ċili.