Il-Federazzjoni għall-Produtturi tal-Akwakultura tgħid li t-tonn fil-bajja ta' San Tumas huwa riżultat ta' attività illegali | One News

Notifiki

Il-Federazzjoni għall-Produtturi tal-Akwakultura tgħid li t-tonn fil-bajja ta’ San Tumas huwa riżultat ta’ attività illegali

Il-Federazzjoni Maltija għall-Produtturi tal-Akwakultura ċaħdet kategorikament li l-irjus tat-tonn li dehru fil-baħar fil-limiti tal-bajja ta’ San Tumas huma riżultat tal-attività taghhom. Fi stqarrija l-Federazzjoni qalet li kitbet lill-Aġent Direttur tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura u talbitu biex jinvestiga dan il-fatt li hemm raġuni biżżejjed biex ikun maħsub li dak kollu kien riżultat ta’ xi attività illegali, li ġejja minn serq ta’ ħut direttament mil-gaġġeġ.

L-irjus tat-tonn instabu f’wiċċ il-baħar u kienu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni, marbutin ma’ baga.

Il-Federazzjoni żiedet taġġella lid-Dipartiment tas-Sajd biex tuża l-mezzi kollha biex tassigua li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ħut maqbud illegalment jiġi pporjbit u ppenalizzat skont kif titlob il-liġi. Dan filwaqt li tkun imħarsa wkoll is-saħħa tal-konsumatur bit-traċċabbiltà tal-ħut.

Hanhwkk fakkret ukoll li t-tonn li ġej mill-gaġġeġ irid jinqatel fil-preżenza ta’ Uffiċjali tad-Dipartiment u osservaturi internazzjonali, sakemm dam ma jmutx b’kawża naturali. Ħut li jinqabad minn sajjieda bil-kwota, jew minn sajjieda dilettanti, iridu jiddaħħlu f’wieħed mill-portijiet identifikari mill-liġi fejn ikun hemm uffiċjal mid-Dipartiment fuq il-post.

Ħut li ma jkollux din ċertifikazzjoni mid-Dipartiment jew tags suriferiti huwa ħut illegali li ma jistax jiġi kkumerċjalizzat. Il-Federazzjoni irrimarkat ukoll li dan l-aħħar id-Dipartiment wettaq b’suċċess investigazzjonijiet ta’ ħut li allegatament inqabad b’mod illegali, u kien ikkummerċjalizzat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend