Pierre Portelli, l-id il-leminja ta’ Adrian Delia ħabbar li rriżenja minn Kap tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ftit tal-ħin wara li ntemmet laqgħa taħraq tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Pierre Portelli qal li kien il-ġimgħa li għaddiet li huwa ta r-riżenja tiegħu lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Portelli qal li Delia talbu biex jirrikonsidra l-pożizzjoni tiegħu, iżda sostna li wara dak li seħħ it-Tnejn filgħaxija waqt il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kompla jsaħħaħ fehemtu dwar it-tħassib tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.
Qal li qabel ma jirriżenja mill-irwol tiegħu ta’ Chairman tal-midja tal-Partit Nazzjonalsita, kellu messaġġ xi jgħaddi lejn dawk li ħalfu li jeqirdu l-Partit Nazzjonalista. Qal li bħalma spjega fl-ittra ta’ riżenja tiegħu lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, hemm oħrajn fil-Partit Nazzjonalista li jeħtieġ li jiġu esposti qabel jeqirdu lill-Partit Nazzjonalista. Huwa qal li se jkun qed jagħmel dan għax mhux se jkun marbut b’kariga uffiċjali fil-Partit Nazzjonalista.
Fl-ittra ta’ riżenja tiegħu lil Delia datat erbatax ta’ Ġunju, Portelli kiteb li huwa ċar li ma setax ikompli fil-kariga tiegħu minħabba attakki kontinwi u kkordinati fuq il-partit u l-midja tiegħu.
“Dan minn deputati Nazzjonalisti fil-Grupp Parlamentari tiegħek li saħansitra appoġġjawh u għenu attività kriminali minn terzi biex iqaċċtuk ‘il barra,” kiteb Portelli.
Dan hu l-messaġġ li bih Portelli ħabbar ir-riżenja tiegħu mill-Partit.
Last week I handed in my resignation to Adrian Delia. He urged me to reconsider but the events that unfolded during today’s Executive Council meeting reinforced my concerns. Before I step down from my role of Executive Chairman at Media.Link I would like to thank all those who made the past two years worthwhile. Together we had some memorable moments I will cherish for the rest of my life. However, as I explained in my resignation letter to our party leader Adrian Delia there are others within the PN that need to be exposed and shamed before they destroy the party we love. I choose to do so as an outsider unshackled by an official post. I will always be a Malti Nazzjonalist and will do my utmost to see our party on its path to recovery to be able to offer the solutions this county needs.