Is-summit bejn seba’ mexxejja ta’ pajjiżi minn nofsinhar tal-Unjoni Ewropea kien summit li ħalla l-frott u li reġa’ wera l-ħila ta’ Malta. Dan b’mod partikolari f’dawk li huma ideat għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, fost oħrajn.
Tkellem dwar dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista f’intervista rrekordjata fuq ONE Radio.
Tkellem dwar kif din il-laqgħa “tat frott għaliex ninsabu lejliet li l-Unjoni Ewropea tkun qed timbarka fuq numru ta’ deċiżjonijiet, id-deċiżjoni li ħa tieħu l-UE għall-ħames snin li ġejjin, diskussjoni dwar il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin u t-tmexxija tal-istituzzjonijiet Ewropej… għamilna progress tajjeb dwar kif ħa nkunu qed naħdmu flimkien anke għal dan is-sajf dwar l-issue tal-immigrazzjoni… it-teknoloġija u innovazzjoni.”
Kien hawn li l-Prim Ministru spjega kif fis-summit ta’ nhar il-Ġimgħa “bħala pajjiż kienet ta’ possibilta’ oħra li nuru dak li kapaċi noffru f’dak li għandu x’jaqsam mal-ideat fuq kollox…għandna kontribut b’ideat x’nagħtu.”
Tkellem ukoll il-laqgħa bilaterali mal-President Franċiż, Emaniel Macron, laqgħa fejn ġiet deskritta mill-Prim Ministru Malti bħala “tajba ħafna fejn tkellimna dwar kif nistgħu niżviluppaw aktar ir-relazzjonijiet li huma diġa’ eċċellenti bejn Malta u Franza.”