Eluf ta’ persuni niżlu fit-toroq jipprotestaw quddiem il-bini tal-gvern f’Hong Kong dwar liġi kontroversjali ta’ estradizzjoni.
Permezz ta’ din il-liġi se jitħallew isiru l-estradizzjonijiet lejn iċ-Ċina.
Il-protesti issuktaw minkejja li l-Kap Eżekuttiv ta’ Hong Kong Carrie Lam, qal li dawn il-pjanijiet ġew sospiżi.
Madankollu d-dimostranti qed isemmgħu leħinhom biex dawn il-pjanijiet jitneħħew darba għal dejjem u qed jisħqu għar-riżenja ta’ Carrie Lam.
Matul il-jum tal-Ħadd hija talbet skuża għal kunflitt u l-kontroversja minħabba din il-liġi. Sa issa l-protesti tul tmiem din il-ġimgħa kienu kalmi, b’kuntrarju għal dawk tal-Erbgħa meta ndarbu għexieren ta’ persuni.
Sal-Ħadd wara nofsinhar folol kbar inġabru fil-pjazza ewlenija tal-Belt, b’ħafna minnhom lebsin l-iswed u jżommu fjuri bojod.