Mistoqsi dwar l-emendi fl-irwol tal-Avukat Ġenerali fost l-oħrajn, kif irrakomandat il-Kummissjoni Venezja, fuq ONE Radio l-Prim Ministru kellu biss tliet kelmiet x’jgħid: “Ħawwadni ħa nifhmek.”
“Wisq nibża’ li l-Partit Nazzjonalista reġa’ nħakem totali min-negattivita’ ta’ min m’għandux ideat,” sostna l-Prim Ministru li tkellem dwar kif il-bidliet li qed isiru huma riżultat tal-pariri tal-Kummissjoni Venezja. .
Fl-intervista nnota wkoll it-tifħir internazzjonali għall-bidla proposta biex iżżid l-ugwaljanza fil-politika u tkellem ukoll dwar l-iskema Irrestawra Darek. Skema li nħatfet f’siegħa.
Il-Prim Ministru fakkar kif il-miljuni ta’ ewro għall- din l-iskema ġejjin minn skema ta’ regolarizazzjoni li permezz tagħha mijiet ta’ nies ħallsu biex pattew għal dawk l-irregolaritajiet li jkunu saru u fl-istess ħin taw valur lill-proprjetà tagħhom.
“Permezz ta’ dawn il-flus, aħna ħriġna skema li qed ngħinu lil min mhux iwaqqa’ biex jibni imma min għandu xtara post naqra iktar antik u ngħinuh biex jirrestawrah,” temm il-Prim Ministru fuq ONE Radio.