Lifeguards tal-Malta Red Cross assistew koppja anzjana li sabet ruħha f’diffikulta waqt li kienet qed tgħum fil-bajja ta’ Fraben fil-Qawra.
Sorsi tagħna qalulna li waqt li l-koppja kienet qed tgħum ir-raġel ħassu ħażin fil-baħar u l-mara sabet ruħha f’diffikulta.
Fi ftit minuti huma ttellgħu t-tnejn l-art mill-lifeguards u ngħataw l-ewwel għajnuna minnhom u minn żewġ first responders tar-Red Cross stess li waslu fuq il-post fi ftit minuti permezz ta’ mutur u vettura oħra li kienet stazzjonata fl-akwati ta’ Buġibba.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar permezz ta ambulanza mill-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.