Keith Azzopardi champion tad-dinja tal-Featherweight tal-WKN – One News

Notifiki

Keith Azzopardi champion tad-dinja tal-Featherweight tal-WKN

Il-kickbxer malti Keith Azzopardi huwa c-champion il-gdid tal-Featherweight hekk kif fil-kampjonati tal-World Kickboxing Network li saru l-bierah filghaxija f’Niece fi Franza huwa gheleb lill-ex champion, il-franciz Jonathan Pastorino. Kienet glieda kumbattuta fuq tnax -il round, b’Azzopardi jigi dikjarat rebbieh b’decizjoni unanima mill-judges.

Sodisfazzjoni kbira ghal dan il-kickboxer malti li kien taht it-tmexxija tal-coach Noel Mercieca.

Azzopardi jinsab bic-cans li jirbah titlu iehor tad-dinja tal-World Kickboxing Network hekk kif fid-29 ta’ Gunju li gej se jiehu sehem fit-23 edizzjoni tal-Gladiators Fight Night f’pajjizna u se jiggieled fil-kategorija Featherweight bir-regoli tal-K1.

Azzopardi se jisfida lill-germaniz Qurban Hosseino.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend