B’referenza għal artiklu fuq gazzetta lokali li rrapporta metodi ta’ prekarjat fl-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo qal li se jitlob evalwazzjoni ta’ dan ix-xogħol biex jekk hemm xi tip t’abbuż, dan jitwaqqaf.
Fi stqarrija, il-Ministru saħaq li mhux aċċettabbli li ħaddiem jitħaddem bi prattiċi abbużivi, speċjalment jekk ikun hemm diżlivell bejn ħaddiema bl-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol.
L-istqarrija temmet tgħid li jekk hemm xi tip ta’ nuqqas se jiġi evalwat u kkoreġut favur il-ħaddiema.