Edwin Vassallo jattakka l-fazzjoni ta' Busuttil – Waqqfu l-mibegħda għax se tkissru l-Partit | One News

Notifiki

Edwin Vassallo jattakka l-fazzjoni ta’ Busuttil – Waqqfu l-mibegħda għax se tkissru l-Partit

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li jekk il-fazzjonijiet fil-PN mhux ser jieqfu jkissru lil xulxin, il-partit se jkompli jitkisser.

F’messaġġ kmieni l-Ħadd filgħodu fuq Facebook Vassallo, li ġej mill-fazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, qal li t-tesserati u l-partitarji nazzjonalisti iddejqu b’dik li sejjaħ bħala firda.

Vassallo, li kien wieħed minn żewġ deputati biss li fl-aħħar ġimgħa taw l-appoġġ fil-grupp parlamentari biex Delia jibqa jmexxi l-partit, iddikjara li l-għadu tan-nazzjonalisti mhuwiex il-ġlied bejn il-fazzjonijiet rivali.

Saħaq li trid tintrebaħ l-ossessjoni ta’ mibgħeda u li n-nazzjonalisti jridu jaraw it-tajjeb f’kull wieħed minnhom.

Fisser li n-nies qed iħarsu lejn id-deputati nazzjonalisti u qedgħin iżommuhom responsabbli tal-ġlied fil-partit.

Fil-messaġġ tiegħu Vassallo qal li l-partitarji mweġġgħin qed jistaqsu għalfejn dan il-ġlied u li l-partit ma jixraqlux hekk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend