BIL-FILMAT: Vassallo jgħid li l-aħwa fil-familja tal-PN ma jistgħux jibqgħu miġġielda – One News

BIL-FILMAT: Vassallo jgħid li l-aħwa fil-familja tal-PN ma jistgħux jibqgħu miġġielda

Il-ġlied fil-Partit Nazzjonalista wassal sabiex id-Deputat Nazzjonalista, wieħed mill-ftit deputati leali lejn Adrian Delia, Edwin Vassallo, jikteb fuq Facebook dwar il-qasma li hemm fil-Partit Nazzjonalista.

Vassallo kiteb li fil-familja tal-Partit Nazzjonalista, l-aħwa b’referenza għad-deputati, ma jistgħux jibqgħu miġġielda.

“F’din il-familja, l-aħwa ma jistgħux jibqgħu miġġielda bejniethom. Qed nissugraw li elezzjoni bikrija telimina l-Partit Nazzjonalista mir-realtà politika ta’ pajjiżna. Din ir-responsabbiltà rridu nġorruha kollha kemm aħna.” – kiteb Vassallo.

Żied li s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista jekk tibqa’ sejra kif inhi ser tirrendi lill-PN bħala istituzzjoni ineffettiva.

Edwin Vassallo f’botta lejn il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil qal li kull attakk fuq il-PN ġej minn fejn ġej jista’ jwassal biex din l-istituzzjoni politika f’pajjiżna tispiċċa f’diffikultà biex taqdi dmirha.

Żied li min hu serju u ta’ rieda tajba lejn il-poplu tagħna għandu juri rieda tajba biex flimkien nerġgħu ningħaqdu mill-ġdid sabiex nibnu partit inklużiv li jagħraf iħaddan id-diversità u bħala Partit jerġa’ joffri tama favur il-valuri universali li jħarsu d-dinjità umana, il-valur tas-solidarjetà u tal-ġustizzja soċjali. Biex dan iseħħ irridu nwarrbu l-piki, il-ġlied, kull sens ta’ superjorità u suppervja.

F’dan il-mument ta’ krizi, Edwin Vassallo qal li l-Partit Nazzjonalista irid jingħaqad u l-mibegħda tirbaħ fuq ir-raġuni.

F’aktar botti lejn id-deputati tal-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil qal li kull deputat għandu jerfa r-responsabbiltà tal-ġurament jew il-kariga u jaqdi d-doveri tiegħu u jerfa’ r-responsabbiltà biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ l-Partit li kapaċi jmexxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend