Missier ta’ żewġ t’itfal tilef ħajtu traġikament, kmieni s-Sibt filgħodu meta kien involut f’ħabta bil-mutur fi Triq il-Wied, Birkirkara.
Il-vittma huwa Mark Bishop ta’ wieħed u erbgħin sena, min Tas-Sannat Għawdex. Bishop kien jaħdem fil-qasam tal-gaming.
L-inċident seħħ is-Sibt għal ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu, meta l-mutur li kien sejjer mill-Imsida b’direzzjoni lejn Birkirkara, hu mifhum li għal xi raġuni tilef il-kontrol tal-mutur tal-għamla Honda.
B’konsegwenza t’hekk baqa’ dieħel fi trakk, li kien ipparkjat fl-istess triq.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunament Bishop ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fuq il-post marru wkoll il-pulizija li għalqu t-triq għal xi ħin.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, fejn ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejin.
http://www.one.com.mt/2019/06/15/jitlef-hajtu-wara-li-baqa-diehel-bil-mutur-fi-trakk-fbirkirkara/