Fit-23 ta’ Lulju, il-kantant ewlieni tal-grupp Winter Moods Ivan Grech se jkun qed itella’ kunċert bħala kantant solista, f’Ta Liesse, il-Belt Valletta. Bil-flus kollha miġbura se jmorru b’risq Puttinu Cares.
Dan il-kunċert se jkun qed jitella’ wara l-kunċerti li tella’ fl-2016 u fl-2017. Fl-isfond tas-sbuħija tal-Port il-Kbir, Grech se jkun qed jagħmel kunċert live ma’ diversi artisti Maltin u internazzjonali.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Puttinu Cares, Rennie Zerafa qal kif dan il-kunċert qed ikompli jgħin il-messaġġ tax-xogħlijiet u proġetti li jagħmel Puttinu Cares.
Ivan Grech qal li jinsab ħerqan għal dan il-kunċert u jinsab sodisfatt li se jerġa’ jtella’ dan il-kunċert, li bil-flus tiegħu se jmorru għal għan nobbli. Grech żied jgħid kif f’dan il-kunċert se jkanta kanzunetti favoriti minn żminijiet differenti.
Il-Ġimgħa, Grech nieda wkoll l-ewwel kanzunetta tiegħu bħala kantant solist. ‘Somebody Like You’ tinsab fuq il-pjattaforma ta’ YouTube u qed tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju lokali.
Huwa ħabbar ukoll li ser jagħi kunċert live f’Williamstown Town Hall f’Melbourne l-Awstralja f’Novembru li ġej.