Imut id-Direttur Taljan Franco Zeffirelli – One News

Notifiki

Imut id-Direttur Taljan Franco Zeffirelli

Id-direttur Taljan Franco Zeffirelli ħalla din id-dinja fl-età ta’ 96.

Skond rapporti fil-midja Taljan Zeffirelli li huwa rinomat mad-dinja kollha għar-rendizzjoni tiegħu tad-dramm ta’ William Shakespeare, Romeo u Gulietta fl-1967, kien jinsab f’battalja twila ma’ marda li fl-aħħar xhur gravat sew.

Franco Zeffirelli kien nnominat darbtejn għall-premju Oscar filwaqt li serva wkoll bħala membru fis-Senat Taljan mal-partit ta’ Silvio Berlusconi, Forza Italia.

Huwa beda l-karriera tiegħu bħala disinjatur tas-settijiet għad-drammi fit-Teatro della Pergola f’Firenze.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend