Il-Kumitati sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tal-Mellieħa talab ukoll sabiex tintrefa r-responsabbiltà politika għal dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista.
Il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Mellieħa Emvin Bartolo f’isem il-kumitat kollu, appella lid-deputati sabiex jagħmlu dak kollu neċessarju sabiex is-sitwazzjoni fil-Partit titranġa.
Fis-stqarrija l-Kumitat tal-Mellieħa ikkonferma li l-kumitat talab għal diskussjoni interna fi ħdan il-Grupp Parlamentari u titntrefa r-responsabilita.
Il-kumitat tal-Mellieħa ingħaqad mal-kumitat ta’ Raħal Ġdid u l-Mosta li jridu lil Adrian Delia u t-tmexxija jerfgħu ir-responsabilita politika.
Nhar l-Erbgħa li għadda il-kumitat tal-Mosta ltaqa’ u b’mod unanimu sfiduċja t-tmexxija tal-Partit. Minkejja li l-PN ċaħad dan fi stqarrija mibgħuta l-Ħamis , il-Ġimgħa filgħodu l-kumitat Mosti bagħat ittra mqanqla ferm lill-ogħla esponenti tal-Partit.
F’din l-ittra l-Mostin kkritikaw b’saħħa kbira lil Clyde Puli, Kristy Debono, Adrian Delia u lill-kumplament tat-tmexxija tal-Partit. Fl-ittra saħansitra qalu li ” Partit għandu jara ghax żdied id-distakk u mhux isib l-iskużi. It-tmexxija għandha tkun responsabbli tal-azzjonijiet tagħha u tagħti spjegazzjoni tal-fatti”