Tifel ta’ 8 snin indarab gravi wara li ntlaqat minn vettura fil-Mosta.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-7:50 fi Triq id-Dawr fil-Mosta meta vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa minn mara ta’ 32 sena mill-Mosta laqtet lit-tifel ta’ tmien snin.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.