Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fil-limiti ta’ Marsalforn fiż-Żebbuġ Għawdex.
L-inċident seħħ dal-lejl għall-ħabta tas-siegħa u nofs, meta r-raġel li huwa Ingliż, waqa’ xi għoli waqt li kien f’residenza.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.