Ġie inawgurat il-proġett Opportunity knocks fejn b’investiment ta’ madwar miljun ewro żgħażagħ li jkunu f’qagħda vulnerabbli u b’potenzjal li jkunu emarġinati mis-soċjetà jingħataw opportunità ġdida sabiex jinqalgħu mill-qagħda li jkunu fiha ikabbru l-ħiliet tagħhom.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-hub tal-proġett f’Raħal Ġdid intqal li fost l-oħrajn se jiġu offruti servizzi diversi minn professjonisti multidixxiplinari fosthom dawk ta’ prevenzjoni kif ukoll għajnuna anka b’mod finanzjarju biex jakkwistaw ħiliet ġodda.
Ġie spjegat li waħda mit-tip ta’ għajnuniet li tista’ tingħata f’ċirkostanzi hi li bniedem li jkun jixtieq jagħmel xogħol li jinvolvi sewqan iżda li m’għandux il-mezzi finanzjarji biex iġib il-liċenzja tas-sewqan, jingħata grant sabiex ikun jista’ jakkwista l-liċenzja.
Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-mekkaniżmu finanzjarju taż-żona ekonomika Ewropea, li jinkludi il-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja.