Trump se jaċċetta informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara lil avversarju politiku tiegħu – One News

Notifiki

Trump se jaċċetta informazzjoni li tista’ tagħmel ħsara lil avversarju politiku tiegħu

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li se jaċċetta informazzjoni li tista’ tkun ta’ dannu fuq l-avversarju tiegħu waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-2020. Huwa qal li se jagħmel dan anke jekk l-informazzjoni tiġi minn gvern barrani.

F’intervista ma’ ABC News, il-President ċaħad li dan jista’ jitqies bħala indħil fl-elezzjoni.  Mistoqsi jekk ibnu kellux jikkuntatja lil FBI meta rċieva ittra elettronika simili fl-2016, Trump qal li hu jista’ jkun li kien jikkuntatjahom li kieku ġie offrut xi informazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend