Raġel ta’ 23 sena mill-Mali ġarrab ġrieħi gravi wara li waqa għoli ta’ madwar erba’ sulari fil-Qawra.
L-inċident seħħ fis-2:30pm tal-Ħamis f’sit ta’ kostruzzjoni li jinsab fi Triq Annetto Caruana. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.