Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta' Busuttil | One News

Notifiki

Portelli jattakka lid-Deputati tal-fazzjoni ta’ Busuttil

Il-Kap tal-midja tal-Partit Nazzjonalista Pierre Portelli infexx jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti mill-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busutti. Waqt programm li għandu kuljum fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista tal-analiżi tal-ġurnali, Pierre Portelli attakka lid-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil talli skontu illikjaw l-informazzjoni ta’ x’ingħad waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista lill-midja.

Huwa qal li “The Malta Independent jagħtina storja ta’ dak li ġara fil-grupp tal-Partit Nazzjonalista. Kollox illikjat mid-Deputati Nazzjonalisti u jgħidu li l-maġġoranza tal-MPs jgħidu li ‘Delia must go'”. 

Jumejn ilu f’laqgħa taħraq li ħadet seba’ sigħat, deputati nazzjonalisti ma tawx għażla oħra lil Adrian Delia ħlief dik li jirriżenja mit-tmexxija tal-partit Nazzjonalista.  Fil-laqgħa li spiċċat fis-2:00am,  id-Deputati Nazzjonalisti qablu li kienu qed jagħtu lil Adrian Delia jumejn cans biex jara kif se jagħmel dan.

Kienu ċari li jriduh ikun fost dawk li jerfgħu l-piż tat-telfiet elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Miegħu t-tmexxija, li tinkludi lil Clyde Puli u lil Pierre Portelli. Iżda l-id il-leminija tiegħu ħareġ jattakka lil dawn id-deputati nazzjonalisti, talli anki lilu jridu jgieħgluh jerfa’ r-responsabilità politika.

Pierre Portelli mhux l-ewwel darba li uża l-ħin tiegħu fuq ir-radju tal-partit nazzjonalista sabiex jattakka lil min ma’ jaqbilx ma’ Delia u t-tmexxija tiegħu. Il-ġimgħa li għaddiet ħareġ jattakka liż-żgħażagħ tal-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista l-MŻPN, talli għamlu rapport tat-telfa u fih talbu lil Delia u lin-nies ta’ madwaru biex jerfgħu r-responsbailità politika talli wasslu lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar zewġ telfiet elettorali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend