L-MPs Konservattivi jibdew it-tellieqa għall-karigi li ħalliet Theresa May – One News

Notifiki

L-MPs Konservattivi jibdew it-tellieqa għall-karigi li ħalliet Theresa May

Il-Membri Parlamentari tal-Partit Konservattiv Ingliż se jibdew proċess tal-għażla tal-Mexxej il-ġdid, li eventwalment se jkun ukoll Prim Ministru, meta jsir l-ewwel rawnd ta’ votazzjoni f’Westminster fil-jiem li ġejjin.

Kwalunkwe wieħed mill-għaxar kandidati li jfalli milli jassigura minn tal-inqas sbatax-il vot ikun eliminat mit-tellieqa. Aktar votazzjonijiet se jsiru l-ġimgħa d-dieħla, bir-rebbieħ mistenni jitħabbar fil-ġimgħa tat-tnejn u għoxrin ta’ Lulju.

Boris Johnson li nieda l-kampanja tiegħu l-Erbgħa jidher li huwa fuq quddiem tat-tellieqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend